start-btn-mt

Skopri aktar dwar il-valutazzjoni tal-lingwa OLS fil-preżentazzjoni tagħna!

X’jiġri bir-riżultati tal-valutazzjoni?

Huma biss il-parteċipanti u l-istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet inkarigati mill-għażla tagħhom li jirċievu r-riżultati tal-valutazzjonijiet. Fil-każ tal-voluntiera SVE, ir-riżultati tagħhom ma jingħatawx lill-organizzazzjoni(jiet) l-oħra(jn) imsieħba magħhom fil-proġett. Fil-każ tal-istudenti tal-edukazzjoni ogħla, ir-riżultati li jiksbu ma jingħatawx lill-istituzzjoni/organizzazzjoni riċeventi tagħhom.

 

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-gwida tal-utent tal-valutazzjoni tal-lingwa minn hawn għal aktar informazzjoni.

Tista' wkoll tagħti ħarsa lejn il-preżentazzjoni tagħna tal-valutazzjoni tal-lingwa ta' Erasmus+ OLS, hawnhekk!

X’inhuma l-passi tal-valutazzjoni?

Il-parteċipanti jridu jlestu l-ewwel test ta' valutazzjoni qabel jitilqu għal programm ta’ mobilità biex jiġu evalwati l-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. L-istudenti ta' edukazzjoni ogħla jridu jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa OLS qabel isiefru għal programm ta’ mobilità, ħlief meta dovutament ġustifikat. Ir-riżultati tal-valutazzjoni ma jipprevenux lill-parteċipanti milli jieħdu sehem fi programmm ta' mobilità, iżda jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni/organizzazzjoni koordinatriċi mittenti biex jidentifikaw il-parteċipanti li għandhom l-aktar bżonn appoġġ lingwistiku.

Fuq il-bażi tal-profiċjenza lingwistika tagħhom, il-parteċipanti jista' jkollhom l-opportunità li jaċċessaw il-pjattaforma tat-tagħlim OLS biex isegwu kors elettroniku fil-lingwa qabel u matul il-perjodu ta' mobilità tagħhom. Dan għandu jiġi miftiehem bejn il-parteċipant u l-istituzzjoni/organizzazzjoni inkarigata mill-għażla tiegħu/tagħha.

Fi tmiem il-perjodu ta' mobilità tagħhom, il-parteċipanti jintalbu jagħmlu t-tieni valutazzjoni biex jiġi evalwat xi progress ikunu għamlu.

Kif taħdem il-valutazzjoni tal-lingwa u għal min hi?

Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja għall-parteċipanti kollha tal-attivitajiet ta' mobilità tal-Erasmus+, b’tul ta' mill-inqas xahrejn (studji/skemi ta' taħriġ/volontarjat SVE), li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija għat-tagħlim, ix-xogħol jew il-volontarjat: il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż (bl-eċċezzjoni tal-kelliema nattivi).

Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja għall-parteċipanti kollha tal-attivitajiet ta' mobilità tal-Erasmus+, b’tul ta' mill-inqas xahrejn (studji/skemi ta' taħriġ/volontarjat SVE), li għandhom waħda mil- lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija għat-tagħlim, ix-xogħol jew il-volontarjat (bl-eċċezzjoni tal-kelliema nattivi).

Sa mill-2015, is-servizz huwa wkoll disponibbli għal studenti tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) li qed jipparteċipaw f'mobilità ta' mill-inqas xahar wieħed.

Il-parteċipanti ta' programm ta’ mobilità tal-Erasmus+ iridu jagħmlu l-valutazzjoni darbtejn – qabel ma jibdew il-perjodu ta' mobilità tagħhom u fi tmiemu – sabiex jiġi mmonitorjat il-progress tagħhom fil-lingwa ta' mobilità.

Il-valutazzjoni elettronika tevalwa l-ħiliet lingwistiċi tal-parteċipanti - is-smigħ, il-qari u l-kitba - skont il-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (CEFR).