L-Erasmus+ Online Linguistic Support (OLS) joffri lill-parteċipanti tiegħu l-opportunità li jirbħu premjijiet billi jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet immirati biex jippremjaw lil dawk il-parteċipanti fil-mobilità li huma l-aktar impenjati biex jitgħallmu lingwa mal-OLS.

Il-parteċipanti li għandhom aċċess għall-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jistgħu jieħdu sehem f’żewġ tipi ta’ kompetizzjoni: kull xahar u darbtejn fis-sena.

1. Kompetizzjonijiet kull xahar

Kull xahar, il-kompetizzjonijiet OLS jagħtu ċ-ċans lill-parteċipanti fil-mobilità tal-Erasmus+ biex jirbħu numru ta’ premjijiet, inklużi kupuni, pakketti tal-mobilità, passes għal bliet u biljetti tal-ivvjaġġar.

Min jista’ jieħu sehem?

Il-kompetizzjonijiet ta’ kull xahar huma miftuħa għall-parteċipanti kollha fil-mobilità tal-Erasmus+ li għandhom aċċess għall-pjattaforma tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS u li għandhom 18-il sena jew aktar.

Meta jsiru l-kompetizzjonijiet?

Dawn il-kompetizzjonijiet isiru kull xahar, għajr f’dawk ix-xhur meta jsiru l-kompetizzjonijiet ta’ darbtejn fis-sena.

Kif jista’ xi ħadd jieħu sehem?

  • Il-parteċipanti jridu jqattgħu minimu ta’ ħames sigħat fuq il-pjattaforma tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS mill-ewwel jum tax-xahar sal-aħħar wieħed, iż-żewġ ġranet inklużi.
  • Fi tmiem il-perjodu tal-kompetizzjoni, tintbagħat mistoqsija tal-kompetizzjoni elettronikament lill-parteċipanti eliġibbli kollha biex jintgħażlu l-20 rebbieħ.

Aċċessa l-kors fil-lingwa tiegħek biex tipprattika l-ħiliet tal-lingwa tiegħek u tikkwalifika għall-kompetizzjonijiet ta’ kull xahar!

2. Kompetizzjonijiet ta’ darbtejn fis-sena

Darbtejn fis-sena, dawn il-kompetizzjonijiet jagħtu ċ-ċans lill-parteċipanti fil-mobilità tal-Erasmus+ biex jirbħu numru ta’ premjijiet, inklużi kupuni, passes u biljetti tal-ivvjaġġar.

Min jista’ jieħu sehem?

Dawn il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għall-parteċipanti kollha fil-mobilità tal-Erasmus+ li għandhom aċċess għall-pjattaforma tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS u li għandhom 18-il sena jew aktar.

Meta jsiru dawn il-kompetizzjonijiet?

Dawn il-kompetizzjonijiet isiru darbtejn fis-sena.

Kif jista’ xi ħadd jieħu sehem?

  • Il-parteċipanti jridu jqattgħu minimu ta’ seba’ sigħat fuq il-pjattaforma tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS bejn l-ewwel u l-aħħar jum tax-xahar tal-kompetizzjoni ta’ darbtejn fis-sena, iż-żewġ ġranet inklużi.
  • Matul ix-xahar tal-kompetizzjoni ta’ darbtejn fis-sena, il-parteċipanti jridu jagħmlu attività addizzjonali biex jidħlu (billi jibagħtu stessu, ritratt, jew kitba qasira, eċċ.). Ir-rekwiżiti jintbagħtu elettronikament u jinstabu fis-sit: http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/node_mt.

Għalhekk x’qed tistenna?

Idħol issa fil-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS tiegħek

u gawdi mill-esperjenza tiegħek biex tkun wieħed/waħda mir-rebbieħa fortunati!