Jien Parteċipant/a fil-Mobilità tal-Erasmus+

Problemi bil-Login / Password

  1. Ma rċevejtx il-login/password tiegħi. X’għandi nagħmel?

      Jekk għażilt li tipparteċipa f’attività ta’ mobilità tal-Erasmus+, suppost li rċevejt ittra elettronika ta’ stedina mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti bil-login u l-password tiegħek biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Hija biss l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibgħatlek din l-informazzjoni tal-login biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk din l-ittra elettronika ta’ stedina ma rċevejthiex, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa tal-posta elettronika tiegħek jew ikkuntattja lill-istutuzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Insejt il-login/password tiegħi. X’għandi nagħmel?

      L-aktar mod faċli biex tissettja l-password tiegħek mill-ġdid huwa billi tuża l-għażla “Password Minsija” mis-sit tagħna. Imbagħad tintbagħatlek ittra elettronika li minnha tkun tista’ tissettja l-password tiegħek mill-ġdid. Attent/a li din l-ittra elettronika ma tmurlekx fil-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa fil-kaxxa tal-posta elettronika tiegħek.

      Il-login huwa l-indirizz elettroniku sħiħ tiegħek li fih l-istituzzjoni/ organizzazzjoni mittenti bagħtitlek l-istedina inizjali biex tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Għaliex ma nistax naqbad, avolja l-login u l-password tiegħi huma tajbin?

      Hemm diversi raġunijiet għall-messaġġ tal-iżball li jidher meta tkun qed tipprova tilloggja. Iż-żewġ raġunijiet ewlenin huma:

      • Id-data ta’ skadenza tiegħek, biex tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa, għaddiet.
      • L-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+) ikkanċellat l-istedina tiegħek.

      Fiż-żewġ każijiet, nissuġġerixxu li tikkuntattja lill-Koordinatur tal-Erasmus+ tal-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek biex titlob ittra elettronika ta’ stedina ġdida.

      Jekk il-messaġġ tal-iżball jindika li  l-login jew il-password tiegħek huma ħżiena, jekk jogħġbok uża l-għażla “Insejt il-Password” biex tissettja l-password tiegħek mill-ġdid.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. Għandi bżonn nattiva l-kont tiegħi tal-Erasmus+ OLS?

      Qabel ma tkun tista’ taċċessa l-valutazzjonijiet u l-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, l-ewwel trid tattiva l-kont tal-utent tiegħek tal-Erasmus+ OLS. Biex tagħmel dan, jekk jogħġbok segwi l-ħolqa mogħtija fl-ittra elettronika ta’ stedina flimkien mal-kredenzjali tal-login tiegħek.

      Meta tattiva l-kont tiegħek tal-Erasmus+ OLS, mur fl-indirizz tal-paġna ewlenija tal-Erasmus+ OLS: http://erasmusplusols.eu. Biex taċċessa l-paġna tal-login, ikklikkja fuq il-buttuna “Login” (fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna) u daħħal il-kredenzjali tal-login li rċevejt elettronikament.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  5. X’nista’ nagħmel jekk is-sit joħroġni waħdu?

      Is-sit tal-Erasmus+ OLS joħroġ lill-utenti awtomatikament wara 30 minuta nuqqas ta’ attività. Jekk l-iskonessjonijiet huma aktar sikwit, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-appoġġ tekniku tal-Erasmus+ OLS billi tikklikkja fuq il-buttuna “Le, neħtieġ aktar għajnuna”.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  6. Kemm idum attiv il-kont tiegħi tal-Erasmus+ OLS?

      Il-kont tiegħek tal-Erasmus+ OLS jibqa’ attiv 13-il xahar minn wara l-aħħar konnessjoni tiegħek mal-pjattaforma OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  7. X’nista’ nagħmel jekk l-aċċess tiegħi għall-Erasmus+ OLS jiskadi?

      Il-liċenzji għall-użu tal-Erasmus+ OLS jiskadu meta ma tkunx attivajthom fiż-żmien indikat mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti. Dan ifisser li, wara ċerta data, ma tkunx tista’ taċċessa aktar l-Erasmus+ OLS biex tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa jew il-kors fil-lingwa tiegħek. Din id-data hija ssettjata mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti u tkun indikata fl-ittra elettronika ta’ stedina li tirċievi.

      Il-korsijiet fil-lingwa tista’ taċċesshom matul iż-żmien tal-mobilità tiegħek, iżda trid tattiva l-liċenzja tiegħek fi żmien xahar minn meta tirċievi l-istedina. Jiġifieri, pereżempju, jekk tmur għal attività ta’ mobilità tal-Erasmus+ għal perjodu ta’ sitt xhur, trid taċċessa l-kors fil-lingwa fi żmien xahar minn meta tirċievi l-istedina. Imbagħad ikollok aċċess għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek (eż. sitt xhur), mill-attivazzjoni tal-liċenzja - għalhekk għal sitt xhur mill-ewwel aċċess għall-kors fil-lingwa tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Problemi bil-Valutazzjoni tal-Lingwa

  1. Kif nista’ nagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa inizjali tiegħi?

      Jekk għażilt li tipparteċipa f’attività ta’ mobilità tal-Erasmus+, suppost li rċevejt ittra elettronika ta’ stedina mill-istituzzjoni mittenti bil-login u l-password tiegħek biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Hija biss l-istituzzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibgħatlek din l-informazzjoni tal-login biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk din l-ittra elettronika ta’ stedina ma rċevejthiex, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa tal-posta elettronika tiegħek jew ikkuntattja lill-istutuzzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Kif u meta nista’ nagħmel il-valutazzjoni finali tal-lingwa?

      L-ittra elettronika ta’ stedina għat-tieni valutazzjoni tal-lingwa tintbagħat awtomatikament mis-sistema tal-Erasmus+ OLS fil-15 jew fis-16 tax-xahar ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek, kif għandek indikat fil-profil.

      Jekk jogħġbok idħol mill-ewwel fil-kont tiegħek (bil-login u l-password tiegħek) u ċċekkja li d-dati tal-bidu u ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità huma mdaħħlin tajjeb fil-profil tiegħek. Ikkorreġihom jekk meħtieġ.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Hemm differenza bejn l-ewwel u l-aħħar valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      M’hemm l-ebda differenza bejn l-ewwel (qabel il-perjodu ta’ mobilità) u t-tieni (mar-ritorn mill-attività ta’ mobilità) valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Madankollu, il-valutazzjoni tadatta faċilment u għaldaqstant il-mistoqsijiet jistgħu jkunu differenti. Billi ż-żewġ valutazzjonijiet huma bbażati fuq l-istess prinċipji, huwa possibbli li t-titjib tal-ħiliet fil-lingwa tiegħek jitkejjel matul il-perjodu ta’ mobilità.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. Tlift l-iskadenza tal-valutazzjoni tal-lingwa, x’għandi nagħmel?

      Jekk tlift l-iskadenza tal-valutazzjoni tal-lingwa inizjali (qabel il-perjodu ta’ mobilità tiegħek), jekk jogħġbok informa lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek. Huwa biss il-Koordinatur tal-Erasmus+ li jista’ jgħinek f’dan.

      Jekk tlift l-iskadenza tal-valutazzjoni tal-lingwa finali, meta tirritorna mill-perjodu ta’ mobilità tiegħek:

      Iċċekkja l-qiegħ tal-paġna biex tara jekk il-buttuna “Ibda l-valutazzjoni tal-lingwa” hijiex disponibbli.

      Jekk iva, għadek tista’ tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk le, issettja d-data ta’ tmiem il-mobilità fil-profil OLS tiegħek għax-xahar kurrenti. Jekk din hija diġà ssettjata għax-xahar kurrenti, kemm tissejvja l-profil tiegħek u għandu jkollok aċċess immedjat biex tagħmel il-valutazzjoni.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  5. Kif nista’ nibdel il-lingwa tal-valutazzjoni tiegħi?

      L-aċċess għall-valutazzjoni tal-lingwa huwa pprovdut mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek fil-lingwa ewlenija tiegħek għat-tagħlim, ix-xogħol jew il-volontarjat (lingwa tat-tagħlim).

      Jekk hemm żball fil-lingwa tat-tagħlim assenjata lilek, jew jekk tixtieq tibdilha, nissuġġerulek tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek, preċiżament, lill-Koordinatur tal-Erasmus+ OLS tiegħek.

      Hija biss l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibdel din il-lingwa. Biex tagħmel dan trid tirċievi l-kodiċijiet il-ġodda għall-aċċess ħalli tkun tista’ tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa fil-lingwa approvata mill-Koordinatur tal-Erasmus+ OLS tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  6. Nista’ nissejvja l-progress tiegħi qabel noħroġ mill-valutazzjoni tal-lingwa?

      Tista’ toħroġ mill-valutazzjoni tal-lingwa u tkompliha aktar tard, sakemm tlesti t-taqsima li qed taħdem fuqha bħalissa. It-tweġibiet tiegħek jiġu ssejvjati għal 10 ijiem. Ladarba l-valutazzjoni tal-lingwa titlesta, ma tistax terġa’ tibdieha.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  7. Possibbli nbiddel l-ordni tat-taqsimiet fil-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-valutazzjoni tal-lingwa hi magħmula minn ħames taqsimiet fl-ordni li ġejja: grammatika, vokabularju, frażijiet ewlenin ta' komunikazzjoni, komprensjoni tas-smigħ u komprensjoni tal-qari. Il-valutazzjoni tal-lingwa trid issir f'din is-sekwenza u mhux possibbli tbiddel l-ordni tat-taqsimiet.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  8. Kelli messaġġ ta’ żball waqt li kont qed nagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. X’għandi nagħmel?

      Jekk kien hemm żball waqt li kont qed tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS, jekk jogħġbok segwi dawn is-suġġerimenti:

      1) Iċċekkja li l-verżjoni l-aktar riċenti tal-Adobe Flash Player hija installata fil-kompjuter tiegħek.
      2) Battal il-cache tal-memorja tal-browser tiegħek u ħassar il-cookies billi tagħfas CTRL + SHIFT + DEL f’daqqa.
      3) Erġa’ aqbad mas-sit tal-Erasmus+ OLS.
      4) Tiftaħ ebda tab jew tieqa li jmorru f’websajts oħrajn waqt li tkun qed tagħmel il-valutazzjoni tiegħek

      Jekk il-problema tippersisti, jekk jogħġbok kompli l-valutazzjoni minn browser differenti, jew minn kompjuter ieħor imqabbad ma’ netwerk ieħor, għax in-netwerk jista’ jkun li qed jimblokka s-sit tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  9. Kif nista’ nbiddel il-lingwa tal-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-lingwa tal-interface tas-sit u l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS hi ssettjata bl-Ingliż bħala default. Il-lingwa tal-interface tal-valutazzjoni tal-lingwa tista’ tinbidel mis-sit tal-OLS mill-menù ta’ fuq nett tal-iskrin, billi tiskrollja ’l isfel, qabel tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa. L-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea huma disponibbli bħala lingwi tal-interface għall-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  10. X’jiġri bir-riżultati tiegħi tal-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Għall-istudenti tal-edukazzjoni ogħla, ir-riżultati ma jingħatawx lill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni riċeventi. Għall-volontiera fis-SVE u l-istudenti fl-ETV, ir-riżultati ma jingħatawx awtomatikament lil organizzazzjoni(jiet) oħra fil-proġett. Huma biss inti u l-istituzzjoni inkarigata mill-għażla tiegħek, jew li qed tikkoordina l-proġett SVE, li tirċievu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-lingwa tiegħek.

      Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS ma jimpedixxu lil ħadd milli jieħu sehem fil-programm ta’ mobilità tal-Erasmus+. Ir-riżultati jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni mittenti jew l-organizzazzjoni koordinatriċi biex jidentifikaw il-parteċipanti li għandhom l-aktar bżonn ta’ appoġġ lingwistiku.

      Fil-każ tal-istudenti ta’ edukazzjoni ogħla, u f’każijiet fejn il-livell tal-lingwa rrakkomandat mill-organizzazzjoni riċeventi ma jintlaħaqx, issir diskussjoni bejn l-istudent u l-istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla biex jiġi diskuss l-appoġġ meħtieġ mill-istudent.

      Jekk il-livell tal-lingwa tiegħek ma jinbidilx matul iż-żjara tiegħek barra l-pajjiż, dan ma jkollu ebda konsegwenza negattiva diretta għall-parteċipazzjoni tiegħek fil-programm tal-Erasmus+ – madankollu, biex ikollok l-aħjar esperjenza matul iż-żjara tiegħek barra l-pajjiż, għandek timpenja ruħek biex titgħallem il-lingwa tal-istudji, ix-xogħol jew l-attivitajiet tal-volontarjat tiegħek.

      Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tuża d-data kompluta tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa għal skopijiet ta’ statistika biex tevalwa l-impatt tal-programm.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  11. Meta hija obbligatorja l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Studenti f’edukazzjoni ogħla

      Il-valutazzjoni tal-lingwa Erasmus+ OLS (l-ewwel valutazzjoni għandha ssir qabel il-programm ta’ mobilità u l-valutazzjoni finali ssir fi tmiem il-mobilità) hija obbligatorja u prerekwiżit għall-istudenti kollha fl-edukazzjoni ogħla minn Pajjiżi tal-Programm li jkunu sejrin għal programm ta’ mobilità tal-Erasmus+ għal studji jew skemi ta' taħriġ f’Pajjiż tal-Programm ieħor, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol: il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż (għajr il-kelliema nattivi). L-ewwel valutazzjoni tal-lingwa trid issir qabel il-perjodu ta’ mobilità u l-valutazzjoni finali tal-lingwa trid issir fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità.

      Jekk int student/a tal-edukazzjoni għolja li diġà ntgħażilt għall-mobilità tal-Erasmus+ b'waħda minn dawn t'hawn fuq bħala l-lingwa ewlenija tal-mobilità, l-istituzzjoni mittenti tal-edukazzjoni għolja tagħtik aċċess għall-OLS biex tagħmel valutazzjoni tal-lingwa u, jekk tixtieq, issegwi kors elettroniku fil-lingwa. F’dan il-każ, tirċievi ittra elettronika b’login u password biex taċċessa l-OLS. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-istituzzjoni mittenti tal-edukazzjoni ogħla tiegħek.

      Volontiera tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE)

      Għall-volontiera SVE, il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS hija obbligatorja għall-attivitajiet kollha ta’ mobilità ta’ mill-inqas xahrejn, li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija għall-volontarjat: il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż (għajr il-kelliema nattivi). Sabiex il-volontiera SVE fit-tul jiksbu aċċess għall-OLS, iridu jitolbu appoġġ lingwistiku fil-formola tal-applikazzjoni tal-proġett.

      Il-volontiera SVE li jieħdu sehem fil-proġetti jirċievu login u password mill-organizzazzjoni koordinatriċi tal-proġett biex jaċċessaw il-pjattaforma. Nistednuk tikkuntattja lill-organizzazzjoni koordinatriċi tiegħek biex issaqsiha dwar l-appoġġ lingwistiku.

      Studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV)

      Għall-istudenti fl-ETV, minn Ġunju 2015, il-valutazzjoni tal-lingwa OLS saret obbligatorja għall-mobilitajiet kollha ta' mill-inqas xahar, li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tax-xogħol: il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż (għajr il-kelliema nattivi).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  12. Meta mhix obbligatorja l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-kelliema nattivi huma eżentati milli jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa OLS (għal definizzjoni ta’ kelliem nattiv, jekk jogħġbok irreferi għall-istituzzjoni mittenti jew l-organizzazzjoni koordinatriċi tiegħek).

      Jekk il-lingwa ewlenija tal-mobilità mhix waħda mil-lingwi li ġejjin, il-valutazzjoni ma ssirx permezz tal-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Jekk jogħġbok irreferi għall-istituzzjoni mittenti jew l-organizzazzjoni koordinatriċi tiegħek għal informazzjoni dwar l-appoġġ lingwistiku f’lingwi oħrajn.

      Għal aktar informazzjoni dwar l-Erasmus+ OLS jew għal opportunitajiet oħra ta’ appoġġ lingwistiku, nistednuk tikkuntattja lill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja mittenti tiegħek tal-Erasmus+ jew lill-organizzazzjoni koordinatriċi SVE/ETV tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  13. Il-kelliema nattivi fil-lingwa tal-mobilità jistgħu jagħmlu valutazzjoni OLS f’lingwa oħra?

      Huwa obbligatorju għall-parteċipanti li jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa OLS fil-lingwa ewlenija tat-tagħlim, tax-xogħol jew tal-volontarjat maħsub għall-perjodu ta’ mobilità tagħhom (sakemm dan huwa kopert mill-OLS). Madankollu, jekk il-parteċipant huwa kelliem nattiv jew għandu għarfien tal-lingwa ewlenija tal-mobilità ekwivalenti għal-livell C2, l-istituzzjoni mittenti/organizzazzjoni minflok tista' toffrilu l-possibilità li jsegwi kors fil-lingwa OLS fil-lingwa tal-pajjiż.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  14. X’inhuma l-konsegwenzi jekk parteċipant/a fil-mobilità ma j/tlestix il-valutazzjonijiet tal-Erasmus+ OLS?

      Il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Eramus+ OLS (l-ewwel valutazzjoni ssir qabel il-mobilità u l-valutazzjoni finali ssir fi tmiem il-mobilità) hija obbligatorja u prerekwiżit għall-parteċipanti kollha li sejrin fuq mobilità tal-Erasmus+ għal studji, jew skemi ta' taħriġ jew volontarjat f'Pajjiż ta’ Programm ieħor, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim, tax-xogħol jew tal-volontarjat (għajr il-kelliema nattivi). L-ewwel valutazzjoni tal-lingwa trid issir qabel il-perjodu ta’ mobilità u l-valutazzjoni finali tal-lingwa trid issir fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità. Għall-istudenti tal-edukazzjoni ogħla, din hija wkoll prerekwiżit għall-mobilità. L-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tista' tiddeċiedi tagħmilx il-pagament tal-aħħar parti tal-appoġġ finanzjarju soġġett għat-tlestija tal-valutazzjoni tal-lingwa finali tal-Erasmus+ OLS, fi tmiem il-mobilità. Dan għandu jiġi speċifikat fl-artiklu 6.3 tal-ftehim tal-għotja.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  15. Liema ħiliet jiġu vvalutati fil-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-valutazzjoni elettronika tal-lingwa tevalwa l-ħiliet lingwistiċi tiegħek konformi mal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (CEFR).

      Il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS tevalwa ħames ħiliet:

      • Kompetenza grammatikali: l-għarfien ta’ u l-kapaċità li tuża r-riżorsi grammatikali tal-lingwa
      • Kompetenza lessikali: kemm l-għarfien ta’ u l-kapaċità li tuża elementi grammatikali u lessikali (kliem, frażijiet ewlenin u espressjonijiet idjomatiċi)
      • Kompetenza semantika: il-kapaċità li tiddetermina t-tifsira ta’ sensiela ta’ kliem
      • Komprensjoni tas-smigħ: il-kapaċità li tirċievi u tipproċessa messaġġ mitkellem, prodott minn kelliem wieħed jew aktar
      • Komprensjoni tal-qari: il-kapaċità li tifhem u timmaniġġja kitbiet

      Il-valutazzjoni tikkonsisti f'70 mistoqsija u tieħu madwar 40 sa 50 minuta. Ir-riżultati jiġu ssejvjati u l-valutazzjoni tista' ssir f'diversi stadji separati. Il-valutazzjoni tadatta faċilment u tuża metodoloġija intelliġenti u progressiva: id-diffikultà tal-mistoqsijiet hija bbażata fuq it-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti, sabiex il-kapaċità lingwistika tiegħek titkejjel bi grad ta’ preċiżjoni li jiżdied gradwalment. Għaldaqstant, aktar ma jkun għoli l-livell tiegħek, aktar tkun preċiża l-valutazzjoni tiegħek ma tkun għax il-mistoqsijiet jirreferu għal temi aktar speċjalizzati.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  16. Hemm preżentazzjoni ġenerali fuq il-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Hemm preżentazzjoni ġenerali għall-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS disponibbli hawn.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  17. Hemm gwida tal-utent għall-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Hemm gwida tal-utent għall-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS disponibbli hawn.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Problemi bil-Kors fil-Lingwa

  1. Kif nista’ naċċessa l-kors fil-lingwa?

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni Ogħla li se tagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS fil-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan, l-Olandiż jew il-Portugiż, tiġi awtomatikament mistieden/mistiedna elettronikament biex issegwi l-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS fl-istess lingwa tal-valutazzjoni jekk ksibt riżultat bejn il-livelli CEFR ta’ A1 u B1. Għall-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Grieg, il-Franċiż, il-Kroat, l-Ungeriż, il-Pollakk, ir-Rumen, is-Slovakk,  il-Finlandiż u l-Iżvediż, awtomatikament tirċievi liċenzja ta' kors fil-lingwa jekk ksibt riżultat inferjuri għal-livell A2 tas-CEFR fl-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħek.

      Għar-riżultati l-oħra kollha tista’ ssegwi kors fil-lingwa OLS fil-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol, jew fil-lingwa lokali tad-destinazzjoni tal-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek, dment li dik il-lingwa hija disponibbli fl-OLS. Tirċievi avviż elettroniku mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tistiednek taċċessa kors fil-lingwa OLS.

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) jew volontier/a tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), l-istituzzjonijiet mittenti/riċeventi tal-Erasmus+ u l-organizzazzjonijiet koordinatriċi jiddeċiedu liema parteċipanti jistiednu biex isegwu kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, skont il-ħila u l-ħtiġijiet lingwistiċi individwali. L-istituzzjonijiet mittenti/organizzazzjonijiet koordinatriċi jiġu nnotifikati awtomatikament bil-valutazzjonijiet tal-lingwa kompluti, u wara din in-notifika jiddeċiedu jekk u lil min jagħtu aċċess għall-korsijiet fil-lingwa OLS billi jitqiesu r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk ma rċevejtx ittra elettronika ta’ stedina għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa tal-posta elettronika tiegħek jew ikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Ma rnexxilix naqbad għall-ewwel darba mal-kors elettroniku fil-lingwa tal-Erasmus+ tiegħi qabel id-data ta’ skadenza. X’nista’ nagħmel?

      Il-liċenzji għall-użu tal-Erasmus+ OLS jiskadu meta ma tkunx attivajthom fiż-żmien indikat mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti tiegħek. Dan ifisser li, wara ċerta data, ma tkunx tista’ taċċessa aktar l-Erasmus+ OLS biex tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa jew il-kors fil-lingwa tiegħek. Din id-data hija ssettjata mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti u tkun indikata fl-ittra elettronika ta’ stedina li tirċievi.

      Il-korsijiet fil-lingwa tista’ taċċesshom matul iż-żmien tal-mobilità tiegħek, iżda trid tattiva l-liċenzja tiegħek fi żmien xahar minn meta tirċievi l-istedina. Jiġifieri, pereżempju, jekk tmur għal attività ta’ mobilità tal-Erasmus+ għal perjodu ta’ sitt xhur, jeħtieġ li taċċessa l-kors fil-lingwa fi żmien xahar wara li tirċievi l-istedina. Imbagħad ikollok aċċess għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek (eż. sitt xhur), mill-attivazzjoni tal-liċenzja - għalhekk għal sitt xhur mill-ewwel aċċess għall-kors fil-lingwa tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Il-kors fil-lingwa huwa obbligatorju?

      Il-korsijiet elettroniċi fil-lingwa saru biex jappoġġjaw it-titjib tal-ħiliet fil-lingwa matul it-tħejjija għall-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek u matul il-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek. Il-korsijiet fil-lingwa mhumiex obbligatorji iżda huma opportunità għalik u għandek tieħu vantaġġ minn din l-opportunità.

      Tista’ ssegwi kemm moduli trid mill-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS u tlesti l-eżerċizzji li trid, skont il-ħtiġijiet tat-tagħlim individwali. Fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek, tirċievi wkoll rekord tal-parteċipazzjoni tiegħek fil-kors fil-lingwa OLS li tkun attendejt.

      Għall-istudenti tal-Edukazzjoni Ogħla: l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek tal-Edukazzjoni Ogħla jistgħu wkoll jagħtuk kretti ECTS għall-parteċipazzjoni attiva tiegħek fil-kors fil-lingwa OLS. Nistednuk tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek għal aktar informazzjoni.

      Jekk irċevejt stedina għal kors fil-lingwa OLS iżda ma tixtieqx jew ma tistax issegwih, jekk jogħġbok informa lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek qabel tilloggja għall-ewwel darba. L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mittenti jistgħu jistiednu biss numru limitat ta’ parteċipanti tal-mobilità biex isegwi kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Għaldaqstant, l-aċċess li tingħata biex issegwi kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS huwa opportunità unika biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek fil-lingwa tax-xogħol tal-programm tal-mobilità tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. Kemm-il siegħa rrid naħdem biex nagħmel progress?

      L-utenti kollha tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS għandhom aċċess bla limitu għat-tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ mobilità tal-Erasmus+ tagħhom. Għaldaqstant tista’ taqbad għal kemm sigħat tixtieq. Huwa possibbli wkoll li tara l-istorja tal-konnessjoni tiegħek billi tikklikkkja fuq l-ikona tal-”gear”, fuq il-lemin, fuq nett tal-paġna ewlenija. Agħżel Storja biex tara l-istorja tad-dħul tiegħek, Statistika biex tara l-prestazzjoni tat-tagħlim tiegħek, u Punteġġi biex tara r-riżultati tiegħek fl-eżerċizzji differenti. Tista’ tniżżel ukoll Rekord tal-Parteċipazzjoni li jiddikjara kemm-il siegħa attendejt għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS.

      L-Erasmus+ Online Linguistic Support jirrikkmanda li tistudja minn tal-anqas sagħtejn fil-ġimgħa għall-kors fil-lingwa. Aktar ma tinvesti ħin u sforz, aktar ma timxi ’l quddiem. Nagħtuk parir ukoll li jkollok kuntatt ta’ kuljum mal-lingwa. Meta taqra artikli tal-gazzetti, tisma’ r-radju, tara t-TV bil-lingwa fil-mira, tkun qed tgħin lilek innifsek biex tagħmel aktar progress.

      Fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek tirċievi wkoll rekord ta’ parteċipazzjoni fil-kors fil-lingwa OLS li tkun attendejt.

      Għal studenti tal-Edukazzjoni Ogħla: l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek tista’ wkoll tagħtik kretti ECTS għall-parteċipazzjoni attiva tiegħek fil-kors fil-lingwa OLS. Nistednuk tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek għal aktar informazzjoni.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  5. Sakemm nista’ naċċessa l-kors fil-lingwa?

      Il-perjodu ta’ validità tal-aċċess tiegħek għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jikkorrispondi mat-tul ta’ żmien tal-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek (abbażi tad-dati tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-programm ta’ mobilità tiegħek, kif speċifikat fil-profil tal-utent tiegħek). Il-perjodu ta’ validità jibda mal-ewwel konnessjoni tiegħek mal-kors fil-lingwa. L-iskadenza għaldaqstant tista’ ma tikkorrispondix mad-data attwali tar-ritorn mill-programm ta’ mobilità tal-Erasmus+ tiegħek.

      Madankollu, jekk għamilt żball fil-profil tiegħek jew jekk estendejt il-mobilità tiegħek, tista’ timmodifika d-data tat-tmiem tal-mobilità tiegħek fil-profil tal-utent tiegħek. Din il-bidla testendi l-perjodu ta’ validità tal-aċċess tiegħek għall-korsijiet fil-lingwa, għal massimu ta’ 13-il xahar.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  6. Il-lingwa tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS tiegħi tista’ tkun differenti mil-lingwa tal-valutazzjoni tiegħi?

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni Ogħla li se tagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS fil-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan, l-Olandiż jew il-Portugiż, tiġi awtomatikament mistieden/mistiedna elettronikament biex issegwi l-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS fl-istess lingwa tal-valutazzjoni jekk ksibt riżultat bejn il-livelli CEFR ta’ A1 u B1. Għall-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Grieg, il-Franċiż, il-Kroat, l-Ungeriż, il-Pollakk, ir-Rumen, is-Slovakk,  il-Finlandiż u l-Iżvediż, awtomatikament tirċievi liċenzja ta' kors fil-lingwa jekk ksibt riżultat inferjuri għal-livell A2 tas-CEFR fl-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħek.

      Għar-riżultati l-oħra kollha tista’ ssegwi kors fil-lingwa OLS fil-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol, jew fil-lingwa lokali tad-destinazzjoni tal-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek, dment li dik il-lingwa hija disponibbli fl-OLS. Tirċievi avviż elettroniku mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tistiednek taċċessa kors fil-lingwa OLS.

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) jew volontier/a tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), l-istituzzjonijiet mittenti/riċeventi tal-Erasmus+ u l-organizzazzjonijiet koordinatriċi jiddeċiedu liema parteċipanti jistiednu biex isegwu kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, skont il-ħila u l-ħtiġijiet lingwistiċi individwali. L-istituzzjonijiet mittenti/organizzazzjonijiet koordinatriċi jiġu nnotifikati awtomatikament bil-valutazzjonijiet tal-lingwa kompluti, u wara din in-notifika jiddeċiedu jekk u lil min jagħtu aċċess għall-korsijiet fil-lingwa OLS billi jitqiesu r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-lingwa.

      Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  7. X’inhu t-“tagħlim dirett” (live coaching)?

      It-Tagħlim dirett (sessjonijiet ta’ tagħlim privat u MOOCs) huwa disponibbli għal tliet livelli (A, B, C): il-livelli A1 u A2, B1 u B2, u C1 u C2 huma għaldaqstant ikkombinati rispettivament. It-tagħlim dirett jista’ jiġi aċċessat permezz tat-tab tat-“Tagħlim dirett” tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS fil-lingwi li ġejjin.

      Is-sessjonijiet tat-tagħlim privat huma tematiċi, jiġifieri, iffokati fuq tema speċifika, jew ‘liberi’. Is-‘sessjonijiet liberi‘ jippermettu lill-parteċipanti jagħżlu temi u aspetti tal-lingwa li jixtiequ jaħdmu fuqhom.

      Bis-saħħa tad-daqs żgħir tal-klassijiet (1 sa 6 parteċipanti), is-sessjonijiet tat-tagħlim privat jiżguraw li dawn jiffokaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-istudenti.

      Bi ftit risq, jista’ jkun ukoll possibbli li jkun hemm tagħlim privat għal student waħdu.

      L-MOOCs huma klassijiet ta’ nofs siegħa, immirati fuq suġġetti speċifiċi. It-tuturi jagħtuk aktar informazzjoni dwar dak is-suġġett f’filmat ta’ nofs siegħa. Jekk ikollok xi mistoqsija, tista’ tuża ċ-chat matul is-sessjoni biex issaqsi lit-tutur tiegħek jew taqsam l-opinjonijiet tiegħek mal-istudenti l-oħrajn li jkunu qed jattendu s-sessjoni.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  8. Min huma t-tuturi tat-“tagħlim dirett” (live coaching)?

      Hemm disponibbli grupp ta’ 80 tutur fil-firxa tas-sitt lingwi attwali biex jassistuk u jappoġġjawk matul it-tagħlim tiegħek. It-tuturi huma kelliema nattivi b’lawrja fil-lingwi u għandhom minimu ta’ tliet snin esperjenza professjonali fit-tagħlim tal-lingwa materna tagħhom bħala lingwa barranija.

      Għal kull waħda mil-lingwi li ġejjin, hemm koordinatur lingwistiku jissorvelja t-tim ta’ tuturi. Il-koordinatur lingwistiku huwa kelliem nattiv u speċjalista fit-taħriġ tal-lingwi, b’lawrja fil-lingwi u b’minimu ta’ ħames snin esperjenza professjonali fit-tagħlim tal-lingwa materna tiegħu/tagħha bħala lingwa barranija. Il-koordinaturi lingwistiċi jingaġġaw lit-tuturi, iħarrġuhom fl-aspetti tekniċi u metodoloġiċi u jiggarantixxu l-kwalità tal-prestazzjoni tat-tuturi. Joħolqu wkoll kontenut tal-korsijiet għall-korsijiet elettroniċi fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  9. Kif nista’ nattendi sessjoni ta’ tagħlim dirett?

      Is-sessjonijiet ta’ tagħlim dirett jikkonsistu f’żewġ tipi ta’ attivitajiet differenti:

      - Sessjonijiet ta’ tagħlim privat: klassijiet elettroniċi interattivi ta’ 30 minuta fi gruppi ta’ bejn 1 sa 6 parteċipanti, mgħallma minn għalliem tal-lingwa nattiva. Dawn is-sessjonijiet jistgħu jkunu fuq tema speċifika jew ‘liberi’, jiġifieri tiddeċiedi inti stess xi jkun is-suġġett!

      - MOOCs (Massive Online Open Course): lezzjonijiet b’filmati ta’ 30 minuta fuq varjetà ta’ temi li tista’ ssegwi, bil-possibbiltà li ssaqsi f’ħin reali lill-għalliem/a tal-lingwa nattiva.

      Jekk tixtieq tieħu sehem f’sessjoni ta’ tagħlim privat jew MOOC, ikklikkja fuq il-buttuna “Tagħlim Dirett” fuq id-dashboard tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS tiegħek biex tara informazzjoni dwar is-“sessjoni(jiet) skedati” u s-“sessjoni(jiet) li ġejjin”. Jekk tixtieq tibbukkja sessjoni, agħżel waħda mil-lista u kklikkja fuq “Irreġistra”. Tista’ tirreġistra għal aktar minn sessjoni waħda f’daqqa. Xorta jkollok il-possibbiltà li tikkanċella s-sessjoni tiegħek billi tikklikkja fuq “Le”, sa 24 siegħa qabel tibda s-sessjoni skedata. Jekk jogħġbok innota li teżisti sistema ta’ kretti għas-sessjonijiet ta’ tagħlim privat. Tiġi assenjat numru ta’ kupuni skont it-tul tal-perjodu ta’ mobilità tal-Erasmus+ tiegħek – kull sessjoni ta’ tagħlim privat tkopri ġimagħtejn ta’ mobilità. Kull kupun huwa validu għal 30 minuta ta’ parteċipazzjoni f’sessjoni ta’ tagħlim privat. Pereżempju, student li jipparteċipa f’perjodu ta’ mobilità ta’ 12-il ġimgħa jirċievi sitt kupuni li bihom jista’ jattendi sitt sessjonijiet ta’ tagħlim privat.

      Tista’ faċilment taċċessa l-MOOCs (Massive Online Open Course) ippubblikati mingħajr ma tibbukkja. Kemm tikklikkja fuq il-buttuna “LIBRERIJA MOOC” fil-qiegħ tal-paġna “Tagħlim Dirett”. Fil-paġna tal-Librerija MOOC, issib varjetà ta’ filmati kklassifikati skont il-livell CEFR minn A sa C. Dawn il-vidjos mhumiex disponibbli bħalissa. Iżda billi dawn is-sessjonijiet mhumiex diretti, iċ-chat mhix attiva.

      Twissija: Importanti li tissettja ż-żona tal-ħin tiegħek sew ħalli l-karatteristiċi tat-tagħlim dirett tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jaħdmu tajjeb. Meta tissettja ż-żona tal-ħin, is-sistema tagħtik il-ħin korrett tas-sessjonijiet ta’ tagħlim dirett. Iż-żona tal-ħin magħżula għandha tikkorrispondi mal-pajjiż fejn int ibbażat/a waqt li qed tagħmel il-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  10. Kif nista’ nikseb l-għajnuna tal-għalliema jew nikkomunika ma’ studenti oħra?

      Il-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS joffru bosta tipi ta’ interazzjoni kemm ma’ tuturi kif ukoll ma’ studenti oħra permezz ta’ tagħlim dirett: (live coaching):

      • L-MOOCs huma sessjonijiet b’filmati bbażati fuq il-mudell ta’ Massive Open Online Courses (MOOCs) u huma offruti kull ġimgħa u mħabbra fil-paġna ewlenija tal-pjattaforma tal-Erasmus+ OLS. Dawn il-korsijiet huma miftuħa għal numru bla limitu ta’ studenti. Ir-rekordings b’filmat ta’ sessjonijiet preċedenti ta’ MOOC huma wkoll disponibbli fuq il-paġna elettronika.
      • Sessjonijiet ta’ tagħlim privat huma sessjonijiet żgħar fi gruppi ta’ 1 sa 6 parteċipanti, li jippermettu interazzjoni diretta mal-għalliem/a. Kemm sessjonijiet b’tema u “liberi” huma disponibbli.
      • Il-Forum jippermetti lill-istudenti li jappoġġjaw lil xulxin, jiffaċilita t-tagħlim kollaborattiv, u huwa mmoderat minn tuturi li jipprovdu esperjenzi ta’ tagħlim u jwieġbu mistoqsijiet magħmula mill-parteċipanti.

      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  11. It-tuturi jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħi?

      It-tuturi jistgħu jagħtu tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi tiegħek, kemm permezz tas-sessjonijiet ta’ tagħlim privat kif ukoll permezz tat-taqsima tal-forum. Il-mistoqsijiet magħmula fil-forum jiġu mwieġba fi żmien 24 siegħa.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  12. X’nista’ nagħmel meta ma nkunx nista’ nara filmat animat għax ma jitlax?

      Xi moduli jippreżentaw animazzjonijiet b’filmat biex jagħtuk introduzzjoni inizjali għall-modulu. Jekk tiltaqa’ ma’ problemi b’dawn il-filmati bl-animazzjonijiet, jekk jogħġbok iċċekkja li l-veloċità tal-konnessjoni tiegħek hijiex veloċi biżżejjed.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  13. X’nista’ nagħmel jekk għandi problema bil-ħoss?

      Xi moduli jinkludu filmat bl-animazzjonijiet u eżerċizzji tal-komprensjoni tas-smigħ. Għal dawn, u tipi oħra ta’ eżerċizzji multimedji, huwa importanti li l-ħoss (loudspeakers jew headphones) ikun attivat u jaħdem sew, sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dawn l-attivitajiet. Jekk tiltaqa’ ma’ problemi bil-ħoss, jekk jogħġbok l-ewwel żgura li l-volum huwa mgħolli u ċċekkja li l-buttuna “mute” hija mitfija (f’Internet Explorer: Menù tal-Bidu> Settings> Panew tal-Kontroll> Ħsejjes u Tagħmir tal-Awdjo). Jekk tuża headset, iċċekkja li huwa mqabbad sew fit-tagħmir. Fl-aħħar nett, aqbad ma’ sit ieħor (eż. www.youtube.com) biex tara jekk din hijiex problema ġenerali bil-kompjuter tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  14. X’inhi l-karatteristika tal-għarfien tal-vuċi?

      L-għarfien tal-vuċi hija għodda avvanzata li tħallik tipprattika l-pronunzja tiegħek. Tista' tirrekordja l-pronunzja tiegħek u tqabbilha mal-pronunzja ta' kelliema nattivi. Jekk jogħġbok innota li għandek bżonn mikrofonu sabiex tirrekordja l-vuċi tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  15. X’nista’ nagħmel jekk il-kliem mhux tradott fil-lingwa tiegħi fil-listi tal-vokabularju u l-leħħiet?

      Fil-listi tal-vokabularju u l-leħħiet, it-termini jiġu tradotti fil-lingwa tal-interface sabiex jgħinuk tifhimhom aħjar, u fl-aħħar nett titgħallimhom. Jista’ jiġri li xi kliem mhux tradott fil-lingwa tiegħek, fil-lista tal-vokabularju, f’każijiet fejn il-lingwa tat-tagħlim tiegħek tikkorrispondi mal-lingwa tal-interface. Pereżempju, jekk qed titgħallem l-Ingliż u għażilt l-Ingliż ukoll bħala l-lingwa tal-interface tiegħek, il-kliem fil-lista tal-vokabularju ma jiġix tradott f’lingwa oħra. Tista’ tibdel il-lingwa tal-interface tiegħek fl-istrixxa ta’ fuq tal-iskrin tiegħek (il-menù dropdown) sabiex tara traduzzjonijiet tal-vokabularju.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  16. Kif inhuma l-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jistgħu jitqabblu ma’ korsijiet elettroniċi fil-lingwa oħrajn li huma disponibbli bħalissa fis-suq. Tista’ taċċessa l-korsijiet fil-lingwa mill-istess sit interattiv, u huma disponibbli kullimkien, meta trid.

      Il-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS huma bbażati fuq tliet prinċipji ewlenin tat-tagħlim:

      • Immersjoni: il-ħiliet fil-lingwa huma żviluppati u msaħħa permezz ta’ espożizzjoni intensiva għal animazzjoni multimedji; simulazzjonijiet ta’ sitwazzjoni tal-ħajja reali ta’ kuljum u billi tingħata prominenza esklussiva lil kelliema nattivi.
      • Prattika: titgħallem lingwa billi tisma’, taqra, tikteb u titkellem. Tipprattika dawn l-aspetti kollha f’sitwazzjonijiet konkreti mill-ħajja ta’ kuljum u tax-xogħol.
      • Tagħlim spirali: kull suġġett jiġi introdott gradwalment, jiġi rivedut regolarment u jservi bħala referenza matul il-kors fil-lingwa.

      Il-lezzjonijiet ġeneralment jibdew b’filmati u animazzjonijiet relatati ma’ kuntesti ta’ kuljum u professjonali, sabiex iħalluk titgħallem il-kliem u l-frażijiet l-aktar meħtieġa.

      Imbagħad tkun tista’ timmemorizza l-vokabularju permezz ta’ leħħiet interattivi, ittejjeb il-pronunzja billi tisma’ r-rekordings tiegħek, tipprattika l-vokabularju tiegħek u tiżviluppa l-ortografija permezz ta’ dettat, kif ukoll ittejjeb il-fehim tiegħek bl-eżerċizzji tas-smigħ. Bis-saħħa tat-taqsima tal-grammatika, tista’ wkoll issaħħaħ il-ħiliet grammatikali tiegħek u l-għarfien tar-regoli.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  17. Meta u fejn isiru l-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-kors elettroniku fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS huwa disponibbli għat-tul ta’ żmien taż-żjara għall-attività ta’ mobilità tal-Erasmus+ tiegħek, sebat ijiem fil-ġimgħa, 24 siegħa kuljum. Tista’ tagħżel il-ħin li huwa l-aktar adattat għalik biex issegwi l-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Tista’ taċċessa l-kors elettroniku fil-lingwa fuq kwalunkwe kompjuter jew tagħmir elettroniku, sakemm ikollu konnessjoni mal-internet.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  18. Nista’ nipprintja l-materjal tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Huwa possibbli li tniżżel u tipprintja r-regoli grammatikali u l-listi tal-vokabularju ta' kull lezzjoni.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  19. Liema livelli u moduli tal-kors joffri l-Erasmus+ OLS?

      Għall-prinċipjanti, l-Erasmus+ OLS joffri kors tal-livell A1 Bidu, sabiex titgħallem l-ewwel kliem ta’ lingwa ġdida.

      Għall-istudenti li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa, il-klassijiet tal-livell A1 huma disponibbli fil-biċċa l-kbira tat-taqsimiet: grammatika, vokabularju u pronunzja.

      Il-korsijiet li jiffokaw fuq il-lingwa tan-negozju u l-opinjonijiet (titgħallem titkellem bħal kelliem nattiv) huma l-aktar adattati għal persuni b’ħakma tajba tal-lingwa; iżda m’hemm xejn li jżomm il-prinċipjanti milli jsegwuhom, billi dejjem għandhom aċċess għall-kontenut sħiħ tal-pjattaforma.

      Argumentazzjoni huwa kors b’filmat li jgħallmek tesprimi l-ideat tiegħek u tiżviluppa argument konvinċenti f’lingwa barranija. Is-sitwazzjonijiet tat-tagħlim kollu jiffokaw fuq sitwazzjonijiet tal-ħajja reali. F’dan il-kors tisma’ u titgħallem espressjonijiet użati ta’ kuljum minn kelliema nattivi (intgħażlu apposta aċċenti differenti), sabiex titkellem dwar suġġetti konkreti bħal sigħat tax-xogħol flessibbli, ix-xogħol mid-dar, l-importanza tal-politika, il-problema tal-istatus tax-xogħol. Bis-saħħa tar-rata veloċi tad-diskors tal-kelliema nattivi u l-użu ta’ ħsejjes tal-viċinat, eċċ., tħossok tassew mgħaddas fil-lingwa.

      Minbarra l-moduli ġenerali tal-kors (vokabularju, grammatika, pronunzja, u argumentazzjoni), il-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS joffru wkoll moduli tal-kors professjonali: Laqgħat, Korsijiet għal Impjiegi u Korrispondenza. Dawn il-korsijiet jiffokaw fuq il-lingwa użata fl-ambjent tax-xogħol. L-enfasi hija fuq l-assimilazzjoni u l-użu ta’ espressjonijiet ewlenin meħtieġa għal komunikazzjoni effettiva f’għadd ta’ kuntesti professjonali. Il-kors tal-lingwa Ingliża joffri wkoll taqsima tal-Bankjar li tgħallmek kif timmaniġġja sitwazzjonijiet komuni li tista’ tiltaqa’ magħhom meta tiftaħ kont tal-bank, titlob karta tal-kreditu jew tirċievi parir finanzjarju.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Problemi bil-Profil

  1. Il-lingwa tal-valutazzjoni tal-lingwa OLS tiegħi mhix tajba, nista’ nibdilha?

      L-aċċess għall-valutazzjoni tal-lingwa huwa pprovdut mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek fil-lingwa ewlenija tiegħek għat-tagħlim, ix-xogħol jew il-volontarjat (lingwa tat-tagħlim).

      Jekk hemm żball fil-lingwa tat-tagħlim assenjata lilek, jew jekk tixtieq tibdilha, nissuġġerulek tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek u, preċiżament, lill-Koordinatur tal-Erasmus+ OLS tiegħek.

      Hija biss l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibdel din il-lingwa. Biex tagħmel dan trid tirċievi kodiċijiet tal-aċċess ġodda ħalli tkun tista’ tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa fil-lingwa approvata mill-Koordinatur tal-Erasmus+ OLS tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Neħtieġ nindika ż-żona tal-ħin fil-‘Profil Tiegħi’?

      Huwa importanti li tindika ż-żona tal-ħin tiegħek għat-tagħlim dirett tal-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Iż-żona tal-ħin magħżula għandha tikkorrispondi mal-pajjiż fejn inti bbażat waqt li qed tagħmel il-kors fil-lingwa tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Kif nista’ nibdel id-dati tal-mobilità tiegħi?

      Jeħtieġ li tilloggja fil-kont tiegħek u teditja l-profil tiegħek biex tibdel id-dati tal-perjodu ta’ mobilità tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħek u l-perjodu ta’ aċċess għall-kors fil-lingwa OLS huma kkalkulati fuq id-data ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek imdaħħla fil-profil tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Problemi bil-posta elettronika

  1. Ma rċevejtx l-ittra elettronika ta’ stedina tiegħi biex nagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa. X’għandi nagħmel?

      Jekk int għażilt li tipparteċipa f’attività ta’ mobilità tal-Erasmus+, suppost li rċevejt ittra elettronika ta’ stedina mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti bil-login u l-password tiegħek biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS. Hija biss l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibgħatlek din l-informazzjoni tal-login biex taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk din l-ittra elettronika ta’ stedina ma rċevejthiex, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa fil-kaxxa tal-posta elettronika tiegħek jew ikkuntattja lill-istutuzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Għaliex għadni qed nirċievi tfakkiriet bil-posta elettronika wara li għamilt l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa (inizjali) tal-Erasmus+ OLS?

      Jekk lestejt l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa (inizjali) tal-Erasmus+ OLS u r-riżultati tiegħek intwerew, jekk jogħġbok tinkwetax, ġew issejvjati fis-sistema.
      Xorta tista’ tirċievi tfakkiriet bil-posta elettronika tal-Erasmus+ OLS fil-każijiet li ġejjin:

      • Irċevejt tfakkira bil-posta elettronika għall-ewwel valutazzjoni tal-lingwa (inizjali) tal-Erasmus+ OLS ftit wara li lestejtha. Jekk jogħġbok injora din it-tfakkira.
      • It-tfakkira bil-posta elettronika hija dwar it-tieni valutazzjoni tal-lingwa (finali) tal-Erasmus+ OLS jekk qiegħed/qiegħda fl-aħħar xahar tal-perjodu ta’ mobilità rreġistrat fil-profil tiegħek. Jekk id-data hija ħażina, jekk jogħġbok ibdilha fil-profil tiegħek mill-aktar fis possibbli.
      • It-tfakkira bil-posta elettronika hija dwar kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS li ġejt mistieden/mistiedna għalih.

      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Ma rċevejtx l-ittra elettronika ta’ stedina għall-valutazzjoni finali tal-lingwa. X’għandi nagħmel?

      L-ittra elettronika ta’ stedina għat-tieni valutazzjoni tal-lingwa tintbagħat awtomatikament mis-sistema tal-Erasmus+ OLS fil-15 jew is-16 tax-xahar ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek, kif għandek indikat fil-profil.

      Jekk jogħġbok l-ewwel idħol fil-kont tiegħek (bil-login u l-password tiegħek) u ċċekkja li d-dati tal-bidu u ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità huma mdaħħlin tajjeb fil-profil tiegħek. Ikkorreġihom jekk meħtieġ.

      Jekk id-dati tiegħek huma tajbin u ma rċevejtx din l-ittra elettronika ta’ stedina, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa tal-posta elettronika tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. Ma rċevejtx l-ittra elettronika ta’ stedina tiegħi għall-kors fil-lingwa. X’nagħmel?

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni Ogħla li se tagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS fil-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan, l-Olandiż jew il-Portugiż, tiġi awtomatikament mistieden/mistiedna elettronikament biex issegwi l-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS fl-istess lingwa tal-valutazzjoni jekk ksibt riżultat bejn il-livelli CEFR ta’ A1 u B1. Għall-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Grieg, il-Franċiż, il-Kroat, l-Ungeriż, il-Pollakk, ir-Rumen, is-Slovakk,  il-Finlandiż u l-Iżvediż, awtomatikament tirċievi liċenzja ta' kors fil-lingwa jekk ksibt riżultat inferjuri għal-livell A2 tas-CEFR fl-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħek.

      Għar-riżultati l-oħra kollha tista’ ssegwi kors fil-lingwa OLS fil-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol, jew fil-lingwa lokali tad-destinazzjoni tal-mobilità tal-Erasmus+ tiegħek, dment li dik il-lingwa hija disponibbli fl-OLS. Tirċievi avviż elettroniku mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tistiednek taċċessa kors fil-lingwa OLS.

      Jekk int student/a tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) jew volontier/a tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), l-istituzzjonijiet mittenti/riċeventi tal-Erasmus+ u l-organizzazzjonijiet koordinatriċi jiddeċiedu liema parteċipanti jistiednu biex isegwu kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, skont il-ħila u l-ħtiġijiet lingwistiċi individwali. L-istituzzjonijiet mittenti/organizzazzjonijiet koordinatriċi jiġu nnotifikati awtomatikament bil-valutazzjonijiet tal-lingwa kompluti, u wara din in-notifika jiddeċiedu jekk u lil min jagħtu aċċess għal-korsijiet fil-lingwa OLS billi jitqiesu r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-lingwa.

      Jekk ma rċevejtx l-ittra elettronika ta’ stedina għall-kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS, jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam/posta mhux mixtieqa tal-posta elettronika tiegħek jew ikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  5. Irċevejt żewġ ittri elettroniċi ta’ stedina separati f’żewġ indirizzi elettroniċi differenti. X’għandi nagħmel?

      Jekk intgħażilt biex tieħu sehem f’perjodu ta’ mobilità tal-Erasmus+ u l-Erasmus+ Online Linguistic Support huwa disponibbli, għandek tirċievi ittra elettronika ta’ stedina bil-login u l-password tiegħek biex taċċessa l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS tiegħek. Din hija applikabbli għall-istudenti tal-Edukazzjoni Ogħla li qed jieħdu sehem f’perjodu ta’ mobilità għal studji (3-13-il xahar) jew skemi ta’ taħriġ (2-13-il xahar) bejn Pajjiżi tal-Programm, volontiera żgħażagħ li qed jagħmlu Servizz Volontarju Ewropew (SVE) (2-13-il xahar) u studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjoni (ETV) li qed jieħdu sehem f’mobilità ta’ mill-anqas xahar).

      Din l-ittra elettronika tiġi ġġenerata awtomatikament mill-Erasmus+ OLS hekk kif l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek tkun ivvalidat l-indirizz elettroniku tiegħek fis-sistema.

      Jekk irċevejt ittra elettronika ta’ stedina oħra mill-Erasmus+ OLS f’indirizz elettroniku ieħor, dan ifisser li dak l-indirizz ġie vvalidat ukoll fis-sistema mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek. Din l-ittra elettronika tista’ tkun relatata ma’ mobilità oħra tal-Erasmus+ li qed tieħu sehem fiha.

      Nissuġġerixxu li, f’dan il-każ, tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni(jiet) mittenti tiegħek (Koordinatur tal-Erasmus+) għal aktar informazzjoni.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Mistoqsijiet ġenerali dwar l-OLS

  1. X’inhu l-Erasmus+ Online Linguistic Support (OLS)?

      L-Erasmus+ huwa l-programm il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-perjodu tal-2014 - 2020. L-Erasmus+ joffri opportunitajiet ta’ studju, taħriġ, ksib ta’ esperjenza ta’ xogħol jew volontarjat barra l-pajjiż u wieħed mill-objettivi strateġiċi tiegħu huwa li jsaħħaħ il-ħiliet lingwistiċi u jappoġġja t-tagħlim tal-lingwi.

       

      L-Online Linguistic Support (OLS) tfassal biex jgħin lill-parteċipanti tal-Erasmus+ sabiex itejbu l-għarfien tagħhom tal-lingwa li jkunu se jużaw biex jaħdmu, jistudjaw jew jagħmlu xogħol volontarju, qabel u matul iż-żjara tagħhom barra l-pajjiż, biex tiġi żgurata kwalità aħjar tal-mobilità tat-tagħlim.

       

      In-nuqqas ta’ kompetenza fil-lingwi jibqa’ wieħed mill-ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni fl-opportunitajiet Ewropej ta’ mobilità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u taż-żgħażagħ. L-OLS joffri appoġġ lingwistiku aċċessibbli b’mod flessibbli u faċli.

       

      L-OLS joffri valutazzjonijiet elettroniċi tal-lingwa u korsijiet fil-lingwa lil parteċipanti f'attivitajiet ta' mobilità Erasmus+ ta' mill-inqas xahrejn (studji[1]/skemi ta' taħriġ/volontarjat fis-SVE) b’waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim, tax-xogħol jew tal-volontarjat. Minn Ġunju 2015, is-servizz ġie estiż għal studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Volontarju (ETV) li jieħdu sehem f'mobilità ta' mill-inqas xahar.

       

      Dawn huma l-lingwi ewlenin ta’ mobilità għal madwar 90% tal-parteċipanti kollha tal-Erasmus+. L-għan huwa li s-sistema OLA gradwalment, sal-2020, tiġi estiża għal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Dawk il-parteċipanti li l-lingwa ewlenija tal-mobilità tagħhom għadha mhix disponibbli fl-OLS, jiġu pprovduti appoġġ lingwistiku permezz ta’ għotja ta’ appoġġ organizzazzjonali (għal studenti ta’ edukazzjoni ogħla) jew b’għotjiet speċifiċi għal appoġġ lingwistiku (għall-volontiera SVE u studenti ETV).

       

      L-OLS huwa ambjent elettroniku uniku u aċċessibbli faċilment li permezz tiegħu parteċipanti fil-programm Erasmus+ li jissodisfaw il-kriterji t'hawn fuq jistgħu jevalwaw l-għarfien tagħhom tal-lingwa tal-mobilità u jsegwu kors interattiv fil-lingwa skont il-bżonn tagħhom, jekk jixtiequ. L-OLS joffri wkoll opportunitajiet addizzjonali għal tagħlim kollaborattiv u ma’ sħabhom, bħal tagħlim dirett live dwar varjetà ta’ temi għal gruppi żgħar ta’ studenti (sessjonijiet ta’ tagħlim privat) jew għal grupp aktar mifrux (MOOCs), u forum moderat biex l-istudenti jagħmlu skambju u jappoġġjaw lil xulxin matul l-esperjenza ta’ mobilità tagħhom.

      [1]Innota li studenti b’lawrja ta’ Masters Konġunta mhumiex eliġibbli.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Għaliex qed nużaw l-Erasmus+ OLS?

      L-Erasmus+ tfassal biex jgħin lill-parteċipanti tal-Erasmus+ itejbu l-għarfien tagħhom tal-lingwa li se jużaw biex jaħdmu, jistudjaw jew jagħmlu volontarjat, qabel u matul iż-żjara tagħhom barra l-pajjiż, biex tiġi żgurata kwalità aħjar għall-mobilità tat-tagħlim.

      In-nuqqas ta' kompetenza fil-lingwa jibqa' wieħed mill-ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni fl-opportunitajiet Ewropej ta' mobilità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-qasam taż-żgħażagħ. Permezz tal-OLS, l-appoġġ lingwistiku jkun aċċessibbli b'mod flessibbli u faċli.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Min jista’ jibbenefika mill-Erasmus+ OLS?

      L-OLS bħalissa huwa disponibbli għal:

      Studenti ta’ edukazzjoni ogħla li sejrin għal programm ta’ mobilità ta studji (3-13-il xahar) jew għal skemi ta' taħriġ  (2-13-il xahar) fil-Pajjiżi tal-Programm

      Volontiera żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’Servizz Volontarju Ewropew (SVE) (2-13-il xahar)

      Studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) li qed jieħdu sehem f'mobilità ta' mill-inqas xahar.

      L-istudenti ta’ Edukazzjoni Ogħla, il-volontiera SVE u l-istudenti ETV li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tal-programm ta’ mobilità tagħhom jistgħu jibbenefikaw mill-OLS:

      Dawn huma l-lingwi ewlenin ta’ mobilità għal madwar 90% tal-parteċipanti kollha tal-Erasmus+. L-għan huwa li s-sistema OLA tiġi gradwalment estiża għal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, sal-2020.

      Dawk il-parteċipanti li l-lingwa ewlenija tal-attività ta’ mobilità tagħhom għadha mhix disponibbli fl-OLS, jingħataw appoġġ lingwistiku permezz ta’ għotja ta’ appoġġ organizzazzjonali (għal studenti ta’ edukazzjoni ogħla) jew b’għotjiet speċifiċi għal appoġġ lingwistiku (għall-volontiera SVE u studenti ETV).


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. X’inhu l-valur miżjud tal-valutazzjoni tal-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS tipprovdi lill-parteċipanti tal-Erasmus+ b’mod faċli u sempliċi biex jevalwaw il-profiċjenza tagħhom fil-lingwa li se jużaw l-aktar biex jistudjaw, jaħdmu jew jagħmlu volontarjat matul il-perjodu ta’ mobilità tagħhom barra l-pajjiż. Billi jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa OLS, ikunu jistgħu jiddeterminaw kemm il-livell ġenerali tagħhom fil-lingwa kif ukoll il-prestazzjoni dettaljata tagħhom f’kull qasam tal-lingwa (komprensjoni tal-qari, komprensjoni tas-smigħ, kompetenza grammatikali, kompetenza semantika u kompetenza lessikali), bil-punteġġi finali konformi mal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (CEFR).

       

      Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija wkoll mod veloċi għall-parteċipanti biex ikunu jafu jekk għandhomx bżonn appoġġ lingwistiku addizzjonali, sabiex ikollhom l-aħjar esperjenza waqt l-iskambju tagħhom barra l-pajjiż.

      Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja. L-istudenti ta' edukazzjoni għolja jridu jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa OLS qabel it-tluq tagħhom billi din hija prirekwiżit għall-iskambju. Madankollu, f’ebda każ ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa mhuma se jimpedixxu l-parteċipazzjoni fl-attività ta’ mobilità. Għall-kuntrarju, il-parteċipanti jkollhom l-opportunità li jsegwu kors fil-lingwa biex itejbu l-livell tagħhom u jkunu ppreparati bl-aħjar mod għall-mobilità tagħhom.

      Billi jagħmlu t-tieni valutazzjoni tal-lingwa OLS mar-ritorn mill-mobilità tagħhom, il-parteċipanti tal-Erasmus+ ikollhom l-opportunità jevalwaw kif il-livell tal-lingwa tagħhom żviluppa matul iż-żjara tagħhom barra l-pajjiż u jikkwantifikaw il-progress tagħhom. Wara li jkunu għamlu kull waħda mill-valutazzjonijiet OLS, ikunu jistgħu jissejvjaw u jipprintjaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa tagħhom għal referenza futura.

      Id-data aggregata tal-valutazzjoni tal-lingwa OLS u l-korsijiet jintużaw mill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ statistika, sabiex tevalwa l-impatt tal-attivitajiet ta’ mobilità u tal-programm Erasmus+ għat-tisħiħ tal-ħiliet lingwistiċi.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  5. X’inhuma l-vantaġġi tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Il-vantaġġi tal-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jistgħu jinġabru fi ftit kliem: eżerċizzji à la carte, fejn u meta tixtieqhom. Bis-saħħa tal-aċċess bla limitu, huwa possibbli li tuża l-korsijiet fil-lingwa kemm binhar u billejl, u tistudja kemm trid, bir-rata tiegħek stess. Billi mhi meħtieġa l-ebda installazzjoni, il-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS jistgħu jiġu segwiti minn kwalunkwe kompjuter jew tablet, sakemm it-tagħmir ikun imqabbad mal-internet. Biex tagħmel l-aħjar użu possibbli mill-kors, jekk jogħġbok żgura li l-loudspeakers tiegħek huma mixgħulin, jew li l-headphones tiegħek huma mqabbdin.

      Kull utent jiġi assenjat programm ta’ taħriġ personalizzat. Madankollu, int għalkollox liberu/a tagħżel il-korsijiet li ssib utli u tista' ssegwihom bir-rata tiegħek stess u fl-ordni tal-għażla tiegħek. Bl-animazzjonijiet u l-filmati, ibbażati fuq il-ħajja reali, tkun tista’ tipprattika l-ħiliet tiegħek tal-komprensjoni tas-smigħ, il-komprensjoni tal-qari, il-kitba u t-taħdit.

      Bħalissa, in-numru ta' liċenzji għal korsijiet fil-lingwa OLS disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea jkopri l-parteċipanti kollha tal-mobilità tal-Erasmus+ li jużaw waħda mil-lingwi OLS bħala l-lingwa ewlenija tagħhom ta' mobilità. Dan ifisser li kull parteċipant fil-mobilità li jagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa OLS għandu l-opportunità jsegwi kors fil-lingwa OLS u jtejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħu, jekk jixtieq.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  6. Kif jaħdem l-Erasmus+ OLS?

      L-OLS jipprovdi lill-parteċipanti fl-attivitajiet ta' mobilità fit-tul tal-Erasmus+ (Azzjoni Ewlenija 1) l-opportunità li jevalwaw l-għarfien tagħhom fil-lingwa ewlenija tal-attività ta’ mobilità, qabel u wara ż-żjara tagħhom barra l-pajjiż. Jekk jixtiequ, il-parteċipanti għandhom ukoll l-opportunità jsegwu kors elettroniku fil-lingwa biex itejbu l-livell tal-lingwa tagħhom, qabel u matul il-mobilità tagħhom.

      Bl-eċċezzjoni tal-kelliema nattivi, il-valutazzjonijiet tal-lingwa OLS obbligatorji jridu jsiru kemm qabel kif ukoll fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità sabiex jiġi mmonitorjat il-progress tagħhom fil-kompetenza tal-lingwa. Fil-każ ta’ studenti ta’ edukazzjoni ogħla tal-Erasmus+, għajr f’każijiet iġġustifikati dovutement, il-valutazzjoni tal-lingwa OLS qabel it-tluq tagħhom hi prerekwiżit għall-iskambju li jkunu se jagħmlu. Madankollu, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa ma jimpeduhomx milli jieħdu sehem fl-attività ta’ mobilità.

      Abbażi tar-riżultati tagħhom, il-parteċipanti jistgħu wkoll jingħataw aċċess għal kors elettroniku fil-lingwa qabel u matul iż-żjara tagħhom barra l-pajjiż biex itejbu l-kompetenza fil-lingwa tagħhom. L-aċċess għall-kors jinkludi tagħlim dirett: sessjonijiet ta' tagħlim privat, MOOCs, forum moderat, u aktar.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  7. Hemm xi opportunità sabiex parteċipanti fil-mobilità jitgħallmu lingwa lil hinn mill-Erasmus+ OLS?

      Għal dawk il-parteċipanti fil-mobilità tal-Erasmus+ li l-lingwa ewlenija tal-mobilità tagħhom għadha mhix disponibbli fl-Erasmus+ OLS, l-appoġġ lingwistiku jiġi pprovdut permezz tal-għotja tal-appoġġ tal-organizzazzjoni (għal studenti tal-edukazzjoni għolja) jew permezz ta' għotjiet speċifiċi għall-appoġġ lingwistiku (għal volontiera fis-SVE u studenti ETV).

      Għall-istudenti tal-edukazzjoni għolja, l-Erasmus+ OLS u l-korsijiet fil-lingwa fuq il-post, iffinanzjati mill-Appoġġ tal-Organizzazzjoni tal-Programm, jeskludu lil xulxin fil-każ li jkopru l-istess skop. Jekk għandhom skop differenti, pereżempju, jekk il-kors fil-lingwa fuq il-post għandu l-għan li jiżviluppa l-kompetenzi u t-tagħlim interkulturali dwar il-kultura tal-pajjiż ospitanti, dan jista' jkun permess. Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti hija responsabbli biex tevalwa jekk il-kors fuq il-post huwiex ta' valur miżjud għall-mobilità, u tqis li l-parteċipant fil-mobilità jkun diġà segwa kors fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  8. Kif tiġi pproċessata d-data tiegħi?

      Id-data tiegħek tiġi maħżuna u protetta kif ippreżentat hawn taħt:

      data

      Id-data tiegħek (eż. pajjiż ta’ mobilità, perjodu ta’ mobilità, eċċ.) tista’ tintuża mill-Aġenziji Nazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ monitoraġġ u statistika.

       

      Dan huwa konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000. Is-siti elettroniċi li jeħtieġu din l-informazzjoni jipproċessawha, skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq, fid-dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-politika tal-privatezza. Id-dikjarazzjoni tal-politika tal-privatezza tal-OLS hija disponibbli fiż-żona tal-parteċipanti. Jeħtieġ li taqra u taqbel mal-politika tal-privatezza sabiex tipproċedi bir-reġistrazzjoni tiegħek fis-sit tal-Erasmus+ OLS.

      Barra minn hekk, id-data kollha fir-rigward tal-parteċipanti tal-attivitajiet ta’; mobilità tal-Erasmus+ – skont it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali bejn l-EACEA u l-fornitur tas-servizz – tibqa’ l-propjetà tal-UE li l-fornitur tas-servizz ma jistax juża jew iqassam.

      Fl-aħħar nett, ebda soluzzjoni tal-cloud mhi se tiġi implimentata u d-data tinħażen f’servers privati.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  9. X’inhuma r-rekwiżiti tal-hardware u s-software biex tagħmel il-valutazzjonijiet u l-korsijiet fil-lingwa tal-Erasmus+ OLS?

      Teħtieġ biss kompjuter (jew tablet) b’konnessjoni mal-internet sabiex taqbad fis-sit tal-Erasmus+ OLS u tagħmel il-valutazzjonijiet u l-korsijiet fil-lingwa OLS. L-Erasmus+ OLS huwa kollu fuq l-internet, u għalhekk ma jeħtieġx l-installazzjoni ta’ xi software ta’ terza parti. Qabel ma taċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa jew il-kors fil-lingwa, is-sistema tiċċekkja waħedha jekk il-kompjuter tiegħek jissodisfax ir-rekwiżiti minimi. Din il-verifika tinkludi r-riżoluzzjoni tal-iskrin, il-browser, is-software multimedju (Adobe Flash jew HTML 5) u l-qbil mal-użu tal-cookies.

      Meta tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa, għandek bżonn headset jew sett loudspeakers biex tagħmel l-eżerċizzji tas-smigħ.

      Meta tagħmel il-valutazzjoni elettronika tal-lingwa, huwa rrakkomandat li tkun mgħammar b’mikrofonu għall-aħjar użu tas-sistema tal-vidjokonferenza użata matul l-MOOCs u s-sessjonijiet ta’ tagħlim privat.

      Jeħtieġ li jiġi installat l-Adobe Flash sabiex issegwi s-sessjonijiet ta’ tagħlim privat. Qabel ma taċċessa l-kors fil-lingwa, is-sistema tiċċekkja awtomatikament jekk l-Adobe Flash huwiex installat fil-kompjuter tiegħek u tiġi avżat jekk il-kompjuter tiegħek jissodisfax dan ir-rekwiżit.

      L-Erasmus+ OLS huwa kompatibbli mal-browsers tal-internet, il-plug-ins, is-sistemi operattivi u l-applikazzjonijiet użati l-aktar. Ġie żviluppat permezz ta’ kodiċi konformi mal-istandard biex jiġi żgurat li l-Erasmus+ OLS jaħdem sew f’firxa wiesgħa ta’ ambjenti u ma’ varjetà ta’ tagħmir, minn dawk l-aktar ġodda għal dawk l-aktar qodma, u minn dawk l-aktar bażiċi għal dawk l-aktar sofistikati.

      L-Erasmus+ OLS huwa kompatibbli mas-sistemi operattivi u l-browsers tal-internet ewlenin.

      • Sistema operattiva: Microsoft® Windows® 2000, XP, Vista jew Seven; Mac OS X® 10.1.
      • Browser tal-internet: Internet Explorer® (verżjoni 7 u ogħla), Firefox® (verżjoni 3 u ogħla), Chrome®, Safari®, Android® 4.0 u ogħla, u iOS® 6 u ogħla.

      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna

Jiena Istituzzjoni/Organizzazzjoni Benefiċjarja

Punti ġenerali

  1. Kif nista’ nirċievi l-kredenzjali tiegħi għall-aċċess?

      Wara li l-proġett tiegħek ikun ġie vvalidat mill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek, tirċievi ittra elettronika awtomatika ta’ stedina bil-kredenzjali għall-aċċess tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-Erasmus+ OLS. Meta l-AN tiegħek tivvalida l-proġett tiegħek, hija ddaħħal id-data tiegħek fl-ErasmusPlusLink, u mbagħad din tiġi integrata manwalment fl-OLS. Din l-operazzjoni aħħarija tiġġenera l-ittra elettronika awtomatika bil-kredenzjali għall-aċċess u tistiednek taqbad mas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-Erasmus+ OLS tiegħek.

      Nissuġġerulek tiċċekkja jekk din l-ittra elettronika tkunx daħlet fil-folder tal-posta mhux mixtieqa (spam) tal-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek.

      F’każ li ma tkunx tista’ ssibha, ikklikkja fuq il-ħolqa “Insejt il-password tiegħek” biex tikseb oħra ġdida. Minbarra dan, tista’ taqbad mal-Aġenzija Nazzjonali biex tivverifika li l-proġett tiegħek tassew ġie vvalidat.

      Fl-aħħar nett, jekk xorta għadek ma rċevejtx l-ittra elettronika, iċċekkja mad-dipartiment tal-IT tiegħek li l-indirizzi elettroniċi support@erasmusplusols.eu u no-reply@erasmusplusols.eu huma inklużi fil-‘whitelist’ tal-indirizzi affidabbli biex tiżgura li l-messaġġi jaslu kif jixraq u ma jidħlulekx fil-posta mhux mixtieqa tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  2. Kif nista’ nibdel l-indirizz elettroniku ta’ kuntatt tiegħi?

      L-indirizz elettroniku tal-proġett tiegħek huwa indikat mill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek fl-ErasmusPlusLink. Il-bidliet f’dan l-indirizz iridu jiġu indikati fl-ErasmusPlusLink mill-Aġenziji Nazzjonali, minn fejn id-data mbagħad tiġi ttrasferita mill-OLS.

      Għalhekk, f’dan il-każ, nitolbuk tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

      Jekk tixtieq tagħti aċċess lil utenti oħrajn fl-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek, għandek il-possibbiltà li toħloq kemm aliases trid, wara li l-indirizz ewlieni jkun ġie modifikat. Tista’ tagħmel dan billi tuża l-funzjoni ta’ “oħloq alias” fil-paġna tal-profil tal-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-Erasmus+ OLS.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  3. Jien utent/a ġdid/a ta’ BEN u għalhekk neħtieġ l-aċċess. X’għandi nagħmel?

      1) Tista’ toħloq alias għalik innifsek billi tuża l-funzjoni “oħloq alias” fil-paġna tal-profil tal-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-Erasmus+ OLS. Din tagħtik l-aċċess awtomatikament bl-indirizz elettroniku li tixtieq iddaħħal fis-sistema. Għal din il-funzjoni kemm tikklikkja fuq l-indirizz elettroniku fuq nett tal-iskrin tiegħek, fuq il-lemin, meta tkun fil-pjattaforma tal-OLS.

      2) Jekk tixtieq tħassar il-kont kurrenti tiegħek mis-sistema u tibdlu b’indirizz elettroniku ġdid, trid titlob lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek biex iddaħħal dawn il-modifiki fl-ErasmusPlusLink minn fejn id-data tiġi ttrasferita manwalment fl-OLS.

      3) Tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek biex tivverifika li l-proġett tiegħek ġie tassew ivvalidat. Mal-validazzjoni titlaq l-ittra elettronika bil-kredenzjali għall-aċċess tal-Erasmus+ OLS tiegħek.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna
  4. Ma rċevejtx il-liċenzji tiegħi/neħtieġ liċenzji oħra. X’għandi nagħmel?

      In-numru ta’ liċenzji tal-valutazzjoni u l-korsijiet OLS għal kull proġett ta’ kull Sejħa huma assenjati lill-istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet benefiċjarji mill-Aġenziji Nazzjonali.

      Jekk il-liċenzji tiegħek ma jidhrux fis-sistema OLS għall-proġett kurrenti tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek biex tivverifika daħħlux id-data neċessarja fl-ErasmusPlusLink. Jekk għamlu dan, jekk jogħġbok innota li t-trasferiment tad-data mill-ErasmusPlusLink fl-OLS jista’ jieħu sa 10 ijiem.

      Jekk teħtieġ liċenzji OLS oħra għall-proġett tiegħek ta’ Sejħa speċifika, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek b’din it-talba.


      Il-mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba? Iva Le, neħtieġ aktar għajnuna