L-istqarrija li ġejja tispjega l-politika tagħna dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Ħarsa ġenerali

L-Erasmus+ Online Linguistic Support (minn hawn ’il quddiem "OLS") hu inizjattiva tal-Unjoni Ewropea. Dan hu parti minn Erasmus+, il-programm Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport. Dan hu mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea u huwa implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn 'il quddiem "EACEA").

L-OLS huwa ddedikat sabiex jirrispetta l-privatezza tal-utenti tiegħu. Hu jipprovdi ambjent sigur u mingħajr periklu għall-parteċipanti tal-mobilità biex jitgħallmu lingwi barranin. L-istqarrija li ġejja tagħti profil lill-politiki li permezz tagħhom l-OLS jiġbor, jimmaniġġja u juża d-data mogħtija mill-utenti tiegħu.
Bħala OLS – li jinkludi l-għodda tal-ġestjoni tal-liċenzja, il-valutazzjoni tal-lingwa, kif ukoll il-korsijiet fil-lingwa – jiġbor u jipproċessa aktar data personali, huwa soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data[1].

L-għodod varji preżenti fuq l-OLS jippermettu lill-utenti biex jissottomettu informazzjoni biex jipparteċipaw f’attivitajiet tal-OLS. Meta tirreġistra online u tissottometti informazzjoni oħra, id-data hi miġbura u pproċessata aktar għall-iskopijiet dettaljati hawn taħt punt 1. L-operazzjonijiet rilevanti ta’ pproċessar ta’ dak imsemmi huma taħt ir-responsabbiltà tal-Kontrollur tad-Data, li hu l-Kap tal-Unità A1 - Erasmus+: Skejjel, Inizjattivi Prospettivi, Koordinazzjoni tal-Programm f’EACEA (ara punt 6 taħt għal informazzjoni dwar il-kuntatt).

1. X’informazzjoni personali niġbru, u għal liema skop?

(a) Informazzjoni relattiva għall-parteċipanti tal-mobilità:

L-Aġenziji Nazzjonali, l-istituzzjonijiet benefiċjarji u d-DĠ EAC tal-Kummissjoni Ewropea jittrażmettu ftit data personali lill-EACEA, bħall-posta elettronika tiegħek. L-informazzjoni li ġejja tista’ mbagħad tinġabar direttament mingħandek mill-EACEA permezz tal-għodda OLS.

Data obbligatorja tar-reġistrant: kunjom, l-ewwel isem, sess, kuntatt posta elettronika, nazzjonalità, sena tat-twelid, lingwa materna, tip ta’ mobilità, lingwa biex tittestja, pajjiż tad-destinazzjoni, stima tal-bidu tal-perjodu ta’ mobilità, istituzzjoni mittenti, perjodu ta’ mobilità, żona ta’ ħin, stima tat-tmiem tal-mobilità.

Riżultati tal-valutazzjonijiet tal-lingwi u korsijiet

Data fakultattiva oħra sottomessa minn parteċipanti tal-mobilità fuq l-OLS (eż., messaġġi f’forums, diskussjonijiet online u fili, fajls u stampi). Nuqqas milli jipprovdu din id-data fakultattiva mhux se jpoġġi lill-parteċipanti f’pożizzjoni żvantaġġata.

(b) Informazzjoni relattiva ma’ persunal ta’ Aġenziji Nazzjonali u istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet mittenti tal-Erasmus+ hija pprovduta minn dawn l-istituzzjonijiet u DG EAC lil EACEA:

Data istituzzjonali: Numru tal-proġett, numru PIC, isem tal-proġett, data tal-bidu tal-proġett, data tat-tmiem tal-proġett, persuna ta' kuntattj tal-proġett, numru tat-telefown ta' kuntatt tal-proġett, kuntatt bil-posta elettronika tal-proġett, numru ta’ liċenzji għal valutazzjonijiet tal-lingwi u numru ta’ liċenzji għal korsijiet fil-lingwa.

(c) L-iskop tal-ipproċessar:

L-iskop tal-OLS hu li jipprovdi skema biex tkejjel il-progress fil-kompetenzi lingwistiċi permezz tal-mobilità. L-objettiv l-ieħor jirrelata mal-appoġġ ta’ tagħlim ta’ lingwa qabel u matul il-perjodu ta’ mobilità, sal-livell li hu bżonnjuż għall-iskop tal-parteċipant.

Aktar speċifikament, l-ipproċessar tad-data hu neċessarju biex:

  • l-OLS tkun tista' tiffunzjona;
  • reġistranti tal-OLS ikunu jistgħu jikkomunikaw u jikkollaboraw fl-ispirtu ta’ fiduċja reċiproka u rispett reċiproku; u,
  • tittieħed data aggregata għal skopijiet ta’ statistika.

2. Min għandu aċċess għall-informazzjoni tiegħek u lil min hi żvelata?

Data personali qatt mhi se tintuża għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Għall-iskopijiet dettaljati hawn fuq, aċċess għad-data hu limitat strettament għal:

  • Utenti reġistrati oħrajn tal-OLS jista’ jkollhom aċċess għal data fakultattiva li tissottometti int, eż., messaġġi f’forums, diskussjonijiet online u fili, fajls u stampi.
  • Kummissjoni Ewropea, EACEA u Aġenziji Nazzjonali: data aggregata biss.
  • Fornitur ta’ servizz Altissia li jaġixxi f’isem u taħt l-istruzzjonijiet ta’ EACEA: sett sħiħ ta’ dejta.
  • Dejta relatata ma’ parteċipanti individwali tal-mobilità hi aċċessibbli għall-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti li għandha aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-liċenzja backend OLS li tista’ mbagħad tiddeċiedi dwar l-użu tagħha.
  • Għal voluntiera SVE, ir-riżultati mhux se jiġu kkomunikati lill-organizzazzjoni(jiet) l-oħrajn fil-proġett.

Kull meta possibbli, data se tiġi pproċessata b’mod anonimu, speċjalment jekk trasferita lil partijiet terzi għal skopijiet ta’ riċerka.

3. Aħna kif nipproteġu u nissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek?

Id-data personali miġbura u l-informazzjoni relatata kollha huma maħżunin fuq servers sikuri tal-fornitur tas-servizz (Altissia) għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt mal-Konsorzju UCL – ALTISSIA – CLL.

L-operazzjonijiet taċ-ċentri tal-kompjuters tal-fornitur tas-servizz kuntrattwalment jirrispettaw id-direttivi u d-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea stabbiliti mid-Direttorat tas-Sigurtà għal dawn it-tipi ta’ servers u servizzi. Il-miżuri standard ta’ sigurtà jeżistu għas-sit li jospita s-servers ta’ Altissia, jiġifieri sistema operattiva u software aġġornati l-aktar riċenti, protezzjoni ta’ antivirus, firewall, awditjar regolari tas-sigurtà u skennjar tas-sigurtà tan-netwerks, politika tas-sigurtà tal-IT applikata, testing għall-vulnerabilità u sistema li tidentifika intrużjoni.

4. Kif tista’ int tivverifika u tirrettifika l-informazzjoni tiegħek?

Biex teżerċita d-drittijiet tiegħek, bħad-dritt għal aċċess u rettifikazzjoni ta’ data personali mhux preċiża jew mhux kompluta, int tista’ tagħmel dan int stess online. Int tista’ wkoll tikkuntattja lill-Kontrollur (ara hawn isfel taħt 6.).

5. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?

Data relatata mal-profil tal-utent tinżamm għal sena wara l-aħħar login tal-utent. Wara sena mill-aħħar login, il-profil tal-utent jiġi awtomatikament issettjat għal inattiv, jiġifieri, daqshekk viżibbli għal utenti oħrajn. Tintbagħat notifikazzjoni lill-utent biex tinformah li l-profil tiegħu ġie ssettjat għal inattiv u li hu jista’ jattiva l-kont tiegħu mill-ġdid billi jerġa’ jilloggja. It-tieni u l-aħħar tfakkira tintbagħat wara sentejn oħra, fejn tinforma lill-utent li 3 snin wara l-aħħar login tiegħu, il-profil tiegħu se jiġi disattivat b’mod permanenti. Imbagħad l-informazzjoni personali kollha ssir anonima.

Data relatata ma’ statistika u skopijiet ta’ riċerka tinżamm għat-tul ta’ żmien kollu tal-OLS. Fit-tmiem tal-kuntratt, il-Konsorzju UCL – ALTISSIA – CLL se jgħaddi l-informazzjoni u d-data kollha lill-EACEA u ma jżommx kopja tal-informazzjoni kunfidenzjali, dokumenti u data personali, f'ebda format. Id-data tibqa’ biss għal skopijiet ta’ riċerka u monitoraġġ għad-dispożizzjoni ta’ EACEA, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenziji Nazzjonali u istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet mittenti Erasmus+, Altissia f’isem il-Konsorzju UCL – ALTISSIA – CLL u partijiet terzi taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kontrollur tad-Data f’format aggregat.

6. Informazzjoni ta' kuntatt

L-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data huma taħt ir-responsabbiltà tal-Kontrollur tad-Data:

Kap tal-Unità A1 – Erasmus+: Skejjel, Inizjattivi Prospettivi, Koordinazzjoni tal-Programm

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Uffiċċju: BOU2 01/017

Avenue du Bourget 1

1049 Brussell

Belgium

 

 

Għal kwalunkwe mistoqsija dwar id-drittijiet tiegħek u l-eżerċitar tad-drittijiet tiegħek relatati mal-ipproċessar ta’ data personali (bħal aċċess u rettifikazzjoni tad-data personali), jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tal-OLS f’dan l-indirizz: EACEA-EPLUS-OLS@ec.europa.eu


7. Rikors

F’każ ta’ kunflitt fuq kwalunkwe kwistjoni ta’ Protezzjoni ta’ Data Personali, int tista’ tindirizza lilek innifsek lill-Kontrollur fl-indirizz u l-kaxxa postali msemmijin hawn fuq. Int tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EACEA fl-indirizz elettroniku li ġej: eacea-data-protection@ec.europa.eu.

Jekk il-kunflitt ma jissolviex mill-Kontrollur jew mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data int tista’ tressaq ilment lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta f’kull ħin:

Sit web - http://www.edps.europa.eu;

Posta Elettronika - edps@edps.europa.eu.

 

8. Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika prinċipali tal-ipproċessar tad-data personali hi:

  • DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (2013/776/UE): Artikolu 3 (a)
  • 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347 tal-20.12.2013, p.50-73):
    • L-Artikolu 5 (e) jipprevedi li "[l-programm għandu jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejin] sabiex itejjeb it-tagħlim tal-lingwi u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika u għarfien interkulturali wiesgħin tal-Unjoni." Barra min hekk, l-Anness I jipprevedi "Il-programm se jimmonitorja mill-qrib, fuq il-bażi ta’ sett ta’ indikaturi intenzjonati biex ikejlu l-punt kemm l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm intlaħqu u bil-għan li jnaqqas il-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi kemm jista' jkun. Għal dak il-għan, se tinġabar data skont is-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin". L-indikatur taħt "Edukazzjoni u taħriġ" jispeċifika "Il-perċentwal ta’ parteċipanti tal-mobilità fit-tul li jiddikjaraw li huma żiedu l-ħiliet tal-lingwi tagħhom".

 

[1]OJ L8 of 12.1.2001, p. 1.