1. Ċaħda

 

L-Erasmus+ Online Linguistic Support (OLS) hu servizz iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-Programm Erasmus+.

Altissia f’isem il-proġett Konsorzju (Centre de Langues, Universite Catholique de Louvain u Altissia International S.A.) tieħu ħsieb dan is-sit web biex tippromwovi l-inizjattivi tagħha lill-pubbliku. Il-materjal fuq dan is-sit web hu għal skopijiet ta’ informazzjoni u tagħlim biss.

L-għan tal-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk insiru nafu b’xi żball, aħna se nippruvaw nikkoreġuh.

Il-kontenut tal-valutazzjonijiet tal-lingwi, korsijiet u l-oqsma kollha relatati li huma aċċessibbli għall-parteċipanti fil-mobilità tal-Erasmus+ huma r-responsabbiltà unika tal-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL u ma jistgħu bl-ebda mod jitqiesu bħala li jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

Iż-żona ristretta tas-sistema ta’ ġestjoni tal-liċenzja li tikkonċerna Aġenziji Nazzjonali u istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet mittenti ta' Erasmus+ hi alimentata b’dejta estratta mill-għodod tal-IT tal-Kummissjoni Ewropea u hija soġġetta għal modifikazzjonijiet minnhom. Din id-data hi koperta bil-bażi legali tad-Direttiva 95/46 u r-Regolament 45/2001.

Din l-informazzjoni:

  • hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, preċiża, kompluta jew aġġornata;
  • xi kultant hija relatata ma’ siti web esterni li fuqhom, il-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL ma għandu ebda kontroll u li l-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL mhux responsabbli għalihom;
  • mhijiex parir legali jew professjonali (jekk int teħtieġ parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonista bi kwalifiki xierqa).

Il-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL jirriserva d-dritt, taħt struzzjoni diretta minn EACEA, li jissospendi, ibiddel, jimmodifika, iżid jew ineħħi porzjonijiet tas-sit web f’kull ħin.

Din iċ-ċaħda mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL fi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha f’materji li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

Responsabbiltà għall-kontenut

Għalkemm l-amministratur tal-web hu attent ħafna biex joħloq u jaġġorna s-sit web, huwa ma jistax jiggarantixxi l-preċiżjoni tal-informazzjoni. L-informazzjoni li hemm f’dan is-sit tista’ tkun soġġetta għal bidla mingħajr avviż. L-amministratur tal-web mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe ommissjoni jew żball fil-paġni tagħha u għall-konsegwenzi li jirriżultaw mill-użu tal-informazzjoni u l-istruzzjoni pprovduta.

Il-Kummissjoni Ewropea, EACEA u l-Konsorzju UCL – ALTISSIA - CLL mhumiex responsabbli għal kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti mtellgħin minn partijiet terzi.

Iperlinks deħlin u ħerġin

L-implimentazzjoni ta’ iperlinks fi ħdan is-sit għal siti oħrajn u ġeneralment lejn ir-riżorsi eżistenti kollha fuq l-internet mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtur ta’ http://erasmusplusols.eu. Bl-istess mod, siti web oħrajn b’iperlink lejn dan is-sit mhumiex ir-responsabbiltà tal-awtur; għalhekk huma jirrifjutaw kwalunkwe responsabbiltà għall-kontenut tagħhom.

Jekk int tixtieq tagħmel kollegament mas-sit http://erasmusplusols.eu/mt, int trid tikkuntattja lill-awtur tas-sit minn qabel.

2. Dritt tal-awtur

Avviż dwar id-Dritt tal-Awtur

Is-sit http://erasmusplusols.eu hu protett bid-Dritt tal-Awtur. Test, immaġni u elementi oħrajn tas-sit huma protetti bid-Dritt tal-Awtur. Kwalunkwe kopja, adattament, traduzzjoni, ftehim, komunikazzjoni pubblika, kiri u użu ieħor ta’ parti minn dan is-sit jew ta' dan is-sit kollu fi kwalunkwe forma jew b’kull mezz, elettroniku, mekkaniku jew mod ieħor, li ssir għall-profitt jew f’kuntest privat, hija strettament ipprojbita mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Konsorzju UCL – ALTISSIA – CLL. Kull ksur ta’ drittijiet tal-awtur se jirriżulta fi prosekuzzjoni ċivili; jew kriminali.

Il-valutazzjonijiet tal-lingwa, il-korsijiet fil-lingwa, it-tqassim ta’ grafika tal-web huma proprjetà tal-Konsorzju UCL – ALTISSIA – CLL.

Id-drittijiet tal-awtur fuq id-data tas-sistema dwar Aġenziji Nazzjonali, istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet mittenti Erasmus+, parteċipanti tal-mobilità u statistika aggregata jibqgħu fuq l-Unjoni.

Kwalunkwe tilwima li għandha x’taqsam mas-sit http://erasmusplusols.eu se tkun regolata esklussivament bil-liġi Belġjana. Il-Qrati ta’ Brussell se jkollhom ġurisdizzjonali esklussiva fi kwalunkwe tilwima.

 

Marka kummerċjali u isem kummerċjali

Erasmus+ hu marka kummerċjali rreġistrata tal-Unjoni Ewropea. Il-logos, banners tal-web u sinjali użati fuq dan is-sit huma protetti legalment. Kwalunkwe użu ta’ dawn jew ta' ismijiet simili huwa strettament ipprojbit mingħajr kunsens bil-miktub minn qabel.

3. Kuntatt

Int tista’ tikkuntattja lis-sid tas-sit bil-posta elettronika permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq is-sit web jew fl-uffiċċju prinċipali permezz tal-indirizz li ġej:

CLL, Place de l’Université 25 – 1348 Louvain-la-Neuve – Belgium

Int tista’ tikkuntattja lill-fornitur tal-web fl-uffiċċju prinċipali tagħhom:

OVH, 2 rue Kellermann – 59100 Roubaix – France

4. Kodiċi ta’ Kondotta OLS

Billi tirreġistra fuq l-OLS int taqbel mal-prinċipju bażiku li l-OLS hi komunità ta’ parteċipanti tal-mobilità bbażata fuq il-fiduċja u l-kooperazzjoni.

It-tim tal-OLS javżak biex:

  • Tiżgura li l-istampi li ttella’ (fuq il-qasam tal-profil tiegħek) ma jiksru ebda drittijiet tal-awtur.
  • Meta tippubblika kumment fil-forum, tkun żgur li l-kumment tiegħek hu rilevanti mal-pubblikazzjoni oriġinali. Kummenti mhux xierqa mhumiex permessi u huma soġġetti għal rappurtar.
  • Tiżgura li l-messaġġi li tippubblika f’forums ikunu konsistenti mas-suġġett tal-forum.
  • Ibqa' lura milli tuża lingwaġġ abbużiv u kun rispettuż lejn ħaddieħor.

Hu strettament ipprojbit li tuża l-OLS għal skopijiet kummerċjali. Kwalunkwe kumpanija, inizjattiva, każ ta’ softwer b’għan kummerċjali jitneħħa.

It-tim tal-OLS jinteressah mill-parteċipanti tal-mobilità u se jiżgura li kwalunkwe abbuż tal-kodiċi ta’ kondotta ta’ hawn fuq ma jiġix ittollerat.